|
|
|||||||||||||||||||||||
InterNICHE Co-ordinator
Nick Jukes 42 South Knighton Road Leicester LE2 3LP England Tel/Fax +44 116 2109652 coordinator@interniche.org |
X’taħseb li jgħallmuk l-esperimenti fuq l-annimali? M’hemm ebda raġuni l-għala l-annimali għandhom jinqatlu għal studji u jintużaw f’esperimenti għall-edukazzjoni u t-taħriġ. Metodi moderni u innovattivi mingħajr l-użu li jagħmel ħsara li;l-annimali jeżistu bil-kotra, u saru n-norma f’bosta universitajiet. Edukazzjoni etika mingħajr l-użu li jagħmel ħsara lill-annimali tuża metodi li huma aktar effiċjenti u aktar relevanti għall-miri ta’ tagħlim. It-teknoloġija tal-kompjuter avvanzata toffri bosta possibbiltajiet, minn dissezzjoni virtwali u laboratorji esperimentali fuq skrin, għal simulazzjonijiet tar-realtà virtwali immersivi ta’ proċeduri kliniċi. Għajnuniet moderni fit-taħriġ għal ħiliet kliniċi u prattiċi tal-kirurġija jinkludu wkoll mudelli ta’ mikrokirurġija u manikini li huma realistiċi ferm b’organi artifiċjali u mekkaniżmi ta’ feedback. Metodi oħrajn huma bbażati fuq esperimentazzjoni personali fuq studenti voluntiera, bi stimulazzjoni tan-nervi/muskoli permezz ta’ apparat esperimentali imqabbad ma’ kompjuter. Edukazzjoni etika tista’ tinvoli wkoll l-annimali. Meta studenti tal-veterinarija jassistu kollegi b’esperjenza f’xogħol kliniku ma’ pazjenti reali, jitgħallmu firxa wiesgħa ta’ ħiliet kliniċi nkluż il-kura għal pazjenti u r-rispett għall-ħajja – f’kuntrast ma’ esperimenti fuq l-annimali li jgħallmuhom li l-annimali huma għodda li tintrema wara li tintuża. Meta l-istudenti tal-bijoloġija jistudjaw l-annimali fl-abitati naturali tagħhom b’metodi mhux invażivi, huma jitgħallmu ħafna aktar dwar l-imġiba ta’ l-annimali milli jistgħu jitgħallmu b’esperiment fuq annimali fil-laboratorju. U meta d-dissezzjoni magħmula minn studenti tal-mediċina fuq iġsma umani regalati, l-istudenti tal-veterinarija u tal-bijoloġija jistgħu jwettqu dissezzjoni etika fuq l-annimali li jkunu mietu minn marda jew korriment. L-użu ta’ annimali maqtula u ta’ esperimenti fuq l-annimali ma jgħallimx lil studenti u apprendisti aktar fuq is-suġġett milli jistgħu jagħmlu metodi etiċi. Madankollu, l-esperimenti bl-annimali qegħdin jimponu fuqek l-atitudni li ħajjet l-annimali m’hijiex importanti. Irridu tabilħaqq veterinarji, riċerkaturi u tobba li jkunu tgħallmu li l-affarijiet ħajjin jistgħu jintużaw u imbagħad jintremew? L-annimali għandhom jittieħdu mill-ambjent selvaġġ, jew jingħalqu f’gaġeġ żgħar għal ħajjithom kollha, u qatt ma jkunu jistgħu jesprimu n-natura tagħhom, sabiex jispiċċaw fuq it-trej tad-dissezzjoni jew biex jitħejjew għal esperimenti invażivi? Studji ppubblikati urew li l-għerf, il-ħiliet u l-għarfien etiku jistgħu jinkisbu b’mod aktar effettiv permezz ta’ metodi progressivi u alternattivi. Minflok ikunu sfurzati jmorru kontra t-twemmin etiku tagħhom, l-istudenti u l-apprendisti jistgħu jgawdu ambjent ta’ tagħlim aħjar mingħajr użu li jagħmel ħsara lill-annimali. Inti tista’ ġġib din il-bidla. Ikkuntattja lil InterNICHE sabiex jgħinek ittemm użu li jagħmel ħsara lill-annimali. Agħżel edukazzjoni etika!
|
||||||||||||||||||||||
|